Bil-għan li tkompli tavvanza t-teknoloġija tal-grid tal-elettriku u tipprovdi servizz aħjar, l-Enemalta ħabbret li ffirmat ftehim mas-Siemens biex tibda t-trasformazzjoni diġitali tal-infrastruttura nazzjonali bl-użu għodda tal-ogħla livell minn din il-kumpanija internazzjonali.
Jirriżulta li s-Siemens għandha software li jippermetti lill-inġinieri tal-Enemalta jużaw statistika aktar preċiża minn smart meters.
Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, Ryan Fava, tenna li Malta attwalment qed iżżid it-tieni ġenerazzjoni ta’ smart meters u li dan is-software se jiġġenera statistika ġdida, li se tippermetti mmaniġġjar aħjar tas-servizz fejn ukoll jiġu identifikati konġestjonijiet fil-grid.
Flimkien mal-inforzar tan-netwerk, bit-tqegħid ta’ cables, dan il-proġett-pilota tat-trasformazzjoni diġitali tal-Enemalta, li se tibda fil-ġimgħat li ġejjin, se jwasslu għall-modernizzazzjoni sħiħa tal-grid.