L-Enemalta pposponiet l-iskeda ta’ xogħlijiet regolari ta’ manutenzjoni fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tagħha ħlief għal xogħlijiet essenzjali.
Dan fid-dawl tal-mewġa qawwija ta’ sħana li hawn bħalissa fil-gżejjer Maltin.
Fuq Facebook, l-Enemalta qalet kif l-inġiniera u t-tekniċi tagħha bħalissa huma kollha ffukati fuq it-tiswijiet tal-emerġenza.
Għaldaqstant, biex anki jitnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku, l-Enemalta ddeċidiet li l-iskeda ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni regolari li kienu ppjanati għal dawn il-jiem se tiġi riveduta u se ssir biss il-manutenzjoni essenzjali.