Fuq Facebook, l-Enemalta nnotat b’dispjaċir il-kummenti propagandisti ta’ esponenti li qed ikomplu jżidu mal-pressjoni u l-kundizzjonijiet xejn faċli li l-ħaddiema tagħha qed jaffaċċjaw.
Intqal li kwalunkwe investiment li qed isir minnha huwa skont ir-regoli.
Hawnhekk l-Enemalta rrikonoxxiet il-ħidma ta’ mijiet ta’ ħaddiema tagħha għax-xogħol kontinwu biex tissaħħaħ u ttejjeb l-infrastruttura u s-servizz.
Fakkret li fl-aħħar xhur, l-Enemalta, fost oħrajn poġġiet tnejn u tmenin kilometru ta’ cables ġodda.
L-Enemalta temmet tgħid li se tibqa’ tinvesti biex tkompli ttejjeb is-servizz lejn il-konsumaturi.