Il-kumpanija Enemalta ċaħdet rapporti fil-midja fuq l-involviment u r-relazzjoni bejnha u l-kumpanija Streamcast Technologies.
Fi stqarrija, il-kumpanija Enemalta ċaħdet kategorikament l-allegazzjonijiet miġjuba f’dawn ir-rapporti u qalet li ma għamlet l-ebda investiment ta’ flus fil-proġett, u l-bini tad-data centre li kien fir-responsabilità kompleta ta’ Streamcast Technologies.
L-Enemalta żiedet tgħid li l-irwol tagħha kien limitat fil-kiri tal-ispazju għad-data centre li saret skont il-liġi applikabbli bil-permessi kollha rikjesti.
Żiedet tgħid li l-Enemalta tissupplixxi l-elettriku lid-data centre bħal f’kull kumpanija kummerċjali oħra.