Enemalta plc tixtieq tinforma lill-pubbliku li aktar kmieni wara nofsinhar żviluppaw xi ħsarat fid-Distribution Centre ta’ Paceville, liema ħsarat ikkawżaw xi dħaħen li ġew ikkontrollati b’mod immedjat.
Kaġun tal-ħsarat li żviluppaw fl-imsemmi Distribution Centre, bħala mezz ta’ sigurtà u prekawzjoni biex jitwettqu t-tiswijiet meħtieġa, kien hemm interruzzjonijiet temporanji fil-provvista tal-elettriku fiż-żona ta’ Paceville.
Enemalta plc se tagħmel dak kollu possibbli biex tillimita xi inkonvenjent li jista’ jinħoloq kawża ta’ dawn it-tiswijiet. Permezz ta’ din il-paġna se nżommukom aġġornati bl-aħħar żviluppi dwar dawn il-ħsarat.