Iċ-Chairman tal-Enemalta aġġorna wkoll lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, b’din il-ħidma, f’laqgħa li kompliet ma’ dik li ttellgħet erba’ xhur ilu meta l-Gvern kien ħabbar li se jirdoppja l-investiment fl-infrastruttura tal-elettriku.
Din il-laqgħa rat ukoll is-sehem tal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli, li nnotat kif il-Gvern mhux talli żamm kelmtu u rdoppja l-investiment f’dan il-qasam, iżda aktar milli ttripplah. Dan minbarra li x-xogħol fuq is-sistema ta’ distribuzzjoni baqa’ għaddej u se jkun qed jintensifika.
Hawn irrimarkat kif dan l-investiment se jkun qed iżid il-kapaċità, ir-reżiljenza fis-sistema tad-distribuzzjoni, is-sigurtà tal-provvista u t-tħejjija għal aktar proġetti li jaħdmu b’enerġija nadifa.
