Matul il-lejl li għadda, diversi ħaddiema tal-Enemalta kienu mpenjati bil-ħidma tagħhom, li baqgħet għaddejja b’tiswijiet f’xi inħawi tal-pajjiż, wara li dawn spiċċaw mingħajr dawl tard ilbieraħ filgħaxija wara ħsarat fis-sistema tad-distribuzzjoni.
Fil-fatt madwar 13-il lokalità kellhom il-provvista tad-dawl maqtugħa. Il-kumpanija Enemalta qalet li l-provvista treġġgħet lura fl-iqsar ħin possibbli fil-maġġoranza tal-każi.
Minkejja dan, matul il-lejl kienu għadhom għaddejjin tiswijiet f’xi partijiet tal-Mosta u n-Naxxar, kawża tal-ħsarat estensivi li żviluppaw.
L-Enemalta qalet li l-konsumaturi qed jinżammu infurmati permezz tas-sistema tal-SMS u appellat lill-konsumaturi biex jabbonaw ma’ dan is-servizz.
Wieħed jista jabbona ma’ dan is-servizz b’xejn billi jibgħat SMS bin-numru tal-ID tal-account holder fuq in-numru 79052492.
Intant, f’aġġornament fuq Facebook, l-EneMalta tenniet li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin u fil-fatt, il-provvista tad-dawl f’kull lokalità għandha tirritorna sal-lum stess, sa waranofsinhar.