Jonathan Cardona nħatar Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, waqt li l-Inġinier Jonathan Scerri ġie maħtur chairperson tal-Bord tad-Diretturi.
Fi stqarrija l-Enemalta qalet li Cardona se jieħu post l-Inġinier Jason Vella, li qiegħed jassisti f’din it-tranżizzjoni.
Il-Kap Eżekuttiv ġdid ta’ din il-kumpanija qal li huwa jħares ’il quddiem biex flimkien mal-ħaddiema jkompli jsaħħaħ l-Enemalta, li hija ażjenda nazzjonali importanti għall-ekonomija tal-pajjiż.
L-Enemalta rringrazzjat lill-Inġinier Jason Vella u Kevin Chircop għax-xogħol li wettqu fl-aħħar snin.