L-emissjonijiet tal-karbonju madwar id-dinja se jerġgħu jkunu fl-istess livelli daqskemm kienu qabel il-pandemija tal-Covid-19.
Dan hekk kif waqt il-pandemija, l-emissjonijiet tal-karbonju madwar id-dinja naqsu b’5.4% u din is-sena qed ikun maħsub li jkun hemm żieda ta’ 5% meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Dan ħareġ minn studju minn grupp ta’ xjentisti, f’rapport li ppublikaw.
L-emissjonijiet mill-faħam u l-gass huma mistennija li jiżdiedu meta mqabbel mal-2019, waqt li l-livell tal-emissjonijiet miż-żejt mistennija jkunu inqas mill-2019.
Dawn ix-xjentisti qalu li l-emissjonijiet fl-Ewropa u l-Istati Uniti se jkunu inqas minn dawk tal-2019.
Dan ir-rapport jgħid li ċ-Ċina u l-Indja se jkollhom żieda fl-emissjonijiet meta mqabbel ma’ sentejn ilu.
Dan hekk kif l-emissjonijiet fiċ-Ċina se jiżdiedu b’5.5%, filwaqt li fl-Indja bi ftit iżjed minn 4%.
Dan ir-rapport ħareġ waqt li għaddejja l-laqgħa tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar it-tibdil fil-klima, dik tal-COP26 fi Glasgow.