L-Emirati Għarab Magħquda għaddejja bl-ewwel missjoni tagħha fuq il-pjaneta Mars, msejħa bħala Hope Probe.
L-iskop ewlieni ta’ din il-missjoni huwa li dan il-pajjiż jiddiversifika l-attività tiegħu u ma jibqax dipendenti fuq iż-żejt.
Din il-missjoni diġà ġiet posposta darbtejn minħabba it-temp u ġiet tiswa 160 miljun lira sterlina.
Permezz ta’ dan il-proġett, ix-xjentisti u l-esperti spazjali ser ikollhom stampa ċara tal-bidla fil-klima u l-istaġuni ta’ din il-pjaneta.