F’Berlin, il-Ġermanja, ġie ffirmat ftehim bejn l-akbar linja tal-ajru internazzjonali fid-dinja, l-Emirates, u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, favur aktar inizjattivi li jippromwovu turiżmu ta’ kwallità f’pajjiżna.
Il-ftehim, iffirmat mill-Viċi President tal-Emirates u l-Kap Eżekuttiv tal-MTA, waqt il-fiera famuża tal-ivvjaġġar, l-ITB, se jara lil-linja tuża n-network tagħha biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni ewlenija.
Adnan Kazim, Deputat President u Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Emirates, qal kif il-popolarità ta’ Malta qegħda tikber.
Min-naħa tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, qal li permezz ta’ dan, pajjiżna se jilħaq aktar vjaġġaturi, filwaqt li se jkompli jara iżjed turiżmu sostenibbli.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Carlo Micallef, ukoll tenna kif din is-sħubija tirrappreżenta l-missjoni li pajjiżna jkompli jimmira ’l fuq biex ikun destinazzjoni ewlenija għal turiżmu ta’ kwalità.