Il-President tal-Emirates, Sir Tim Clark, qal illi l-linja tal-arju tal-Lvant Nofsani se tkun qed tati s-senja lil madwar 9,000 impjegat kawża tal-effetti negattivi li ħalliet il-pandemija COVID-19 fuq is-settur tal-avjazzjoni.
Matul din il-ġimgħa, minn tal-inqas 700 bdot mill-4,500 li jaħdmu mal-kumpanija, ingħataw l-aħbar tas-sensja.
Din hija l-ewwel darba illi l-kumpanija, li hija l-akbar linja tal-ajru fid-dinja li topera titjiriet twal, ħabbret li se tkeċċi ammont daqstant kbir ta’ ħaddiema. Qabel il-pandemija, l-kumanija kienet tħaddem mas-60,000 persuna.
Clark sostna illi kieku ma faqqetx l-imxija, is-sena 2020 għall-Emirates kien se tfisser waħda mill-aqwa li qatt kellha.