Il-General Workers’ Union tingħaqad ma’ dawk kollha li llum qed jiċċelebraw kisba oħra importanti għall-iżvilupp soċjali ta’ pajjiżna, ir-rikonoxximent, ir-rispett u l-ugwaljanza tal-persuni quddiem l-istat rrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali tagħhom, meta jimpenjaw ruħhom għar-responsabbiltà taż-żwieġ. Għall-GWU l-persuna qatt ma għandu jkollha barrieri biex tesprimi u tgħix l-imħabba tagħha.
Il-GWU hija kburija li permezz tal-Kumitat tal-Ugwaljanza u Drittijiet Indaqs, kienet parteċipi fit-tfassil tal-emendi ta’ din il-Liġi taż-Żwieġ billi b’mod attiv ħadet sehem fid-diskussjonijiet li saru fi ħdan l-LGBTIQ+ Consultitive Council. Il-GWU tistqarr li min ikkritika l-emendi għal din il-liġi għax qed tagħti opportunità ta’ żwieġ lil persuni ta’ orjentazzjoni sesswali differenti qed jonqos għax ma għarafx l-iskop ewlieni tagħha, dak li kulħadd ikun rikonoxxut b’mod indaqs f’relazzjoni ta’ żwieġ, irrispettivament mis-sesswalità u ġeneru tiegħu.