It-tilqim tal-Pfizer u Moderna huma siguri għal nisa tqal u t-trabi tagħhom.
Dan hekk kif dan it-tip ta’ tilqim juża t-teknoloġija tal-mRNA.
Dan intqal mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA, waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Dan ħareġ minn studju li sar fost 65,000 tqala fi stadji differenti, fejn b’dan it-tilqim ma kien hemm ebda sinjal ta’ kumplikazzjonijiet fuq it-trabi li għadhom se jitwieldu.
L-EMA qalet kif il-benefiċċji ta’ dan it-tilqim huwa akbar mir-riskji għall-ommijiet u t-trabi li għadhom ma twieldux.