L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jsiru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju.
F’dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ikunu eletti 705 Membri Parlamentari Ewropew, fosthom dawn hemm is-sitt Ewroparlamentari Maltin.
Dawn l-elezzjoni jsiru kull ħames snin, bl-aħħar waħda kienet f’Mejju tal-2019.
Dawn id-dati ġew magħżula dalgħodu mill-ambaxxaturi tal-Unjoni Ewropea u jiġu approvati formalment il-ġimgħa d-dieħla mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.