L-Ingilterra se tkun qed tieħu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew flimkien mas-27 membru stat l-ieħor tal-Unjoni Ewropea, minkejja d-diskussjonijiet għall-ftehim fuq Brexit.
Dan qalu l-Ministru fil-Kabinet Ingliż, David Lindington, hekk kif il-Gvern Ingliż iddeċieda li ma tantx fadal żmien sabiex ikun hemm deċizzjoni dwar Brexit qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Il-Ministru Lindington stqarr li hu xtaq li l-proċess ta’ Brexit ma jieħux aktar żmien minn l-elezzjonijiet Ewropej.
Dan ifisser li l-Ingliżi fi ftit tal-ġimgħat oħra se jkun qed jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament Ewropej, li skont l-estenzjoni li ngħatat f’April fl-aħħar Kunsill Ewropew indika li l-membri eletti se jagħmlu biss ftit xhur. Hekk kif l-estenzjoni li ngħatat hija dik sal-aħħar ta’ Ottubru.