Fi stqarrija oħra, il-Partit Laburista ħabbar li l-elezzjoni se ssir il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru bejn it-tmienja u l-ħdax ta’ filgħaxija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun u fiċ-Ċentru Laburista f’Ta’ Sannat, Għawdex.
L-għada, is-Sibt, se ssir il-votazzjoni wkoll bejn id-disgħa ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ waranofsinhar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, u bejn id-disgħa ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ waranofsinhar fiċ-Ċentru Laburista f’Ta’ Sannat.
Kif tħabbar diġà, il-votazzjoni bikrija se tkun is-Sibt 7 ta’ Settembru bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofsinhar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Il-proċess tal-għadd tal-voti, skont l-ordni statutorja, isir is-Sibt 14 ta’ Settembru, hekk kif tagħlaq il-votazzjoni u jaslu l-kaxxi tal-votazzjoni ta’ Għawdex.
Intqal kif id-delegati, li se jivvotaw fil-votazzjoni bikrija, għandhom jibgħatu imejl fuq kummissjoni@partitlaburista.org jew jirrikorru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.