Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jisħaq li n-nies m’għandhomx jivvottaw fuq il-proposti f’din l-elezzjoni ġenerali. Fid-diskors tiegħu taħt it-tinda qal li minkejja “wieħed joffri dak u ieħor joffri l-oħra” f’din l-elezzjoni l-poplu għandu jivvota biss fuq il-prinċipji.
Dan fl-istess ġurnata li l-Partit Nazzjonalista ħareġ proposta dwar ic-childcare ibbażata fuq kalkoli ħżiena. Kompla jimmina l-kredibbiltà tal-Kummissjoni Elettorali li hija istituzzjoni kostituzzjonali.
Kompla joħroġ ċar li Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista ma jridux li l-għażla tkun bejn Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni, bil-viċi-kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, jgħid li “l-elezzjoni tat-tlieta ta’ Ġunju għandha tħassar il-memorja ta’ Joseph Muscat mill-istorja ta’ pajjiżna.”
Mario Demarco, wieħed mill-Viċi Kapijiiet, saħaq diversi drabi li l-għażla mhux se tkun bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil.