L-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ser issiru bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju sas-sena d-dieħla. Dan ġie kkonfermat l-Erbgħa fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, fejn kien hemm 492 membru ivvutaw favur, 14 kontra u 24 astjenew.
F’Malta, l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ser issir ma’ dik tal-Kunsilli Lokali s-Sibt 25 ta’ Mejju 2019, fejn il-Maltin irridu jagħżlu sitt membri sabiex eventwalment jintagħżlu s-750 membru tal-ikbar istutuzzjoni Ewropea.