Fl-Afganistan qed issir l-elezzjoni Presidenzjali taħt sigurtà stretta wara li t-Taliban heddew li jattakkaw postijiet tal-votazzjoni.
L-elezzjoni qed issir wara li fallew in-negozjati dwar ftehim ta’ paċi bejn it-Taliban u l-Amerka u wara li l-istess elezzjoni ġiet posposta darbtejn.
L-elezzjoni għandha żewġ kandidati prinċipali, il-President attwali Ashraf Gani u l-Kap Eżekuttiv tal-pajjiż Abdullah Abdullah.
Madwar il-pajjiż hemm preżenza qawwija tal-militar hekk kif il-pajjiż għadu mifni bil-vjolenza li ta’ kuljum toqtol għexirien ta’ persuni.