L-elezzjoni fil-Ġermanja, il-Ħadd li ġej, hija essenzjali mhux biss għall-pajjiż, iżda wkoll għall-Ewropa.
Il-kandidat konservattiv Friedrich Merz, qal li taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ġermanja tieħu responsabilità ikbar fl-Unjoni Ewropa, u li l-fergħa tal-lemin estrem fil-Ġermanja taderixxi aktar mal-politika tagħha.
Filwaqt li l-kandidat konservattiv se jtemm din il-kampanja b’attività tal-massa f’Munich, ir-rivali tiegħu se jtellgħu programm televiżiv.
Għal xhur sħaħ, il-politika Ġermaniza, kienet ipparalizzata mill-waqa’ tal-Gvern preċedenti – b’din l-elezzjoni ġġorr it-tama li ġġib magħha ċertezza u stabbiltà.
Minkejja dan, ebda partit ma jista jiggverna mingħajr ma joħloq koalizjoni ma’ partit ieħor.
Il-Ġermana qed taffaċċja numru ta’ sfidi ewlenin – fosthom il-migrazzjoni u s-sigurtà tal-pajjiż, b’diversi attakki li seħħew minn Mejju ‘l hawn.
Il-kandidata tal-lemin estrem, qalet kif l-aggressuri kienu kollha persuni minn barra l-pajjiż – filwaqt li din avvanzat b’madwar 20%. Hija għandha s-sapport ukoll tal-biljunarju Elon Musk, u l-Viċi President Amerikan, JD Vance, li ġew akkużati b’indħil fil-kampanja Ġermaniża.