Fi stqarrija, Transport Malta qalet li l-qagħda tal-ekwipaġġ abbord il-vapur tal-merkanzija rreġistrat f’Malta, li nħataf fil-Baħar Għarbi, hi tajba.
Fuq dan il-bastiment hemm abbord tmintax-il persuna mill-Bulgarija, l-Angola u l-Myanmar.
Intqal li s-sitwazzjoni qed tkun osservata mill-qrib mill-awtoritajiet Maltin u dawk internazzjonali.
Transport Malta qalet li l-movimenti tal-bastiment qed ikun osservat f’kull ħin, minkejja l-kundizzjonijiet tat-temp fiż-żona, hekk kif sejjer lejn il-kosta tas-Somalja.
Il-Ġimgħa, Transport Malta ħabbret li vapur tal-merkanzija rreġistrat f’Malta ġie rrappurtat li nħataf skont rapport li għamlet il-kumpanija Brittanika tas-sigurtà Ambrey.
Il-ħtif, li ġie rrappurtat mill-midja internazzjonali seħħ fil-Baħar Għarbi biswit il-gżira tal-Jemen Socotra.
Jirriżulta li dgħajsa irreġistrata fl-Iran tfiet it-transponder tagħha sitt sigħat qabel seħħ l-inċident hekk kif kienet qed tbaħħar fil-viċininanzi u b’hekk waqqfet kull komunikazzjoni lil hinn minnha.
AQRA AKTAR: