Justin Borg, ir-raġel mixli bil-qtil brutali tal-eks sieħba tiegħu, Chantelle Chetcuti, inħeles mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati ta’ dan ir-reat.
Chetcuti li kellha biss 34 sena u omm ta’ żewġt itfal inqatlet permezz ta’ diversi daqqiet ta’ sikkina.
Ftit ġimgħat ilu, l-avukati ta’ Borg talbu għall-ħelsien, li kienet miċħuda mill-Qorti minħabba li kien għad iridu jixhdu numru ta’ persuni. Hekk kif il-prosekuzzjoni kkonfermat li m’għadx fasal aktar xhieda, id-Difiża argumentat li l-presunzjoni tal-innoċenza għandha tingħata l-importanza li jixirqilha.
Il-Maġistrat Rachel Montebello laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €25,000 u garanzija personali ta’€20,000. Il-Qorti imponiet ukoll li Borg jidħol id-dar sat-8:00 ta’ filgħaxija u ma joħroġx qabel il-5:00 ta’ filgħodu.
Il-Qorti ordnat ukoll li Borg biex imur jiffirma l-għassa ta’ kuljum.