Il-Qorti ma kelliex triq oħra ħlief li tillibera lil Salvatore Tabone ta’ sitta u erbgħin sena li kien mixli li sawwat u darab gravi lis-sieħba tiegħu ta’ erba’ u erbgħin sena.
Dan wara li l-vittma ħafritlu u għażlet li tirtira l-passi kriminali li ħadet fil-konfront tiegħu. F’Ottubru li għadda l-Ispettur Maurice Curmi akkuża lil Tabone li darab gravi lis-sieħba tiegħu fi Triq it-Turisti f’San Pawl il-Baħar wara li din kienet iċċertifikata minn tabiba fiċ-Ċentru tal-Mosta.
Madankollu, il-każ waqaf ħesrem bil-ħafra tas-sieħba.