Ghislaine Maxwell, l-eks sieħba tal-pedofelu Jeffrey Epstein, mistennija taffaċċja akkużi ġodda ta’ traffikar ta’ minuri għal skopijiet sesswali. Din hija r-raba’ allegat vittma.
S’issa jidher li Maxwell allegatament għażlet lit-tifla ta’ taħt l-età biex ikollha x’taqsam sesswalment ma’ Epstein f’daru f’Palm Beach fi Florida, fl-Istati Uniti.
Apparti dan, Maxwell qed taffaċċja sitt akkużi oħra, erba’ minnhom marbuta bl-isfruttar ta’ tfajliet ta’ minn tal-anqas 14-il sena għal skopijiet sesswali.
Jekk tinstab ħatja, kapaċi teħel mal-35 sena priġunerija.