Colleen Harris, eks segretarju għall-istampa tal-Prinċpijiet Charles, William u Harry u Kelliem Uffiċjali fit-tieġ Irjali ta’ William u Kate kkonfermat li se tkun qed tattendi għall-Globali PR Summit ta’ Malta; avveniment tan-negozju li tant hu antiċipat f’pajjiżna għal din is-sena 2018 u li se ssir mit-12-13 ta ‘April fl-Inter Continental Hotel.
Colleen kellha pożizzjonijiet għolja fl-Uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Prim Ministru qabel ma nħatret Segretarju tal-Istampa lill-Prinċep ta’ Wales. Kienet strumentali mal-midja f’mumenti iebsin għall-Prinċep ta’ Wales u anke ffaċilitat il-mod kif il-Prinċep William u Harry ħarġu fil-pubbliku permezz tal-midja.
Il-karriera tagħha tinkludi karigi għolja fl-uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru u l-uffiċċju tal-Kabinett kif ukoll fil-korpi pubbliċi mhux dipartimentali.
Hija ħadmet f’organizzazzjonijiet privati , dawk mhux għall-profitt, kif ukoll għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.