Derek Chauvin, eks uffiċjal tal-pulizija Amerikan, li nstab ħati tal-qtil ta’ George Floyd appella kontra s-sentenza li ngħata.
Chauvin qal li kien hemm xi kwistonijiet mal-ġurija fil-proċess tas-smigħ u li l-ġuri tiegħu ma kellux jinstema’ fl-istat ta’ Minneapolis.
Skont domumenti tal-Qorti ppreżentati lbieraħ, Chauven kellu t-talba miċħuda meta talab biex il-każ jinstema’ fi stat ieħor.
Huwa talab ukoll lill-Qorti Suprema biex tirrevedi deċiżjoni preċedent fejn fiha ċaħdet li hu jkollu avukat tal-għajnuna.
L-eks pulizija ġie kkundannat għal aktar minn 22 sena priġunerija, wara li nstab ħati li kkawża l-mewt ta’ Floyd, hekk kif qatagħalu nifsu meta żammu b’għarkopptejh mrassas mal-art għal disa’ minuti waqt arrest.