L-eks Prim Ministru tal-Pakistan Imran Khan, ingħatatlu sentenza ta’ 14–il sena ħabs fuq każ ta’ korruzzjoni u tixħim ta’ artijiet lill-iżviluppatur tal-propjetà, Malik Riaz Hussain.
Khan, li għandu 72 sena u kien plejer fil-World Cup tal-cricket, kien tneħħa minn Prim Ministru fl-2022 wara vot ta’ sfiduċja. Minn dakinhar huwa ffaċċja aktar minn 150 każ kriminali.
Il-mara ta’ Khan, Bushra Bibi ingħatat sentenza ta’ seba’ snin ħabs fuq il-każ ta’ abbuż ta’ awtorità u korruzzjoni li kienet tinvolvi l-Khan Al-Qadir University Project Trust.
Dan qed jiġi kkunsidrat bħala l-ikbar każ ta’ koruzzjoni kontra l-ex Prim Ministru Khan bis-sentenza tingħatalu minn qorti kontra l-korruzzjoni f’ħabs f’Rawalpindi fejn l-eks Prim Ministru ilu jinżamm minn Awwissu tal-2023.