L-eks Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Karmenu Mifsud Bonnici llum jagħlaq 84 sena.
Karmenu Mifsud Bonnici ħa l-ġurament ta’ Prim Ministru fit-22 ta’ Diċembru 1984, wara li dak in-nhar stess fil-Parlament il-Perit Dom Mintoff ħabbar ir-rizenja tiegħu.
Karmenu Mifsud Bonnici twieled Bormla fis-17 ta’ Lulju, 1933. Huwa gradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1958. Huwa kien Prim Ministru u Mexxej Laburista mill-1984 sal-1987.
Mifsud Bonnici huwa soċjalista u ddedika ħajtu għall-ħidma favur il-klassi tal-ħaddiema. Karmenu Mifsud Bonnici kien politiku qrib tal-Perit Mintoff.