L-eks Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe, miet kawża ta’ żewġ tiri li ġew sparati lejh waqt diskors li kien qed jagħmel f’attività fil-belt ta’ Nara.
Abe, li kellu sebgħa u sittin sena, kien l-aktar Prim Ministru li dam fit-tmun.
L-aggressur, li għandu madwar erbgħin sena, ġie arrestat fuq ix-xena tad-delitt.
Abe, mal-isparatura, l-eks Prim Ministru Ġappuniż ikkollassa minnufih.
Intant fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela qal kif jinsab imnikket bl-attakk li seħħ fuq Abe fejn ikkundanna dan l-att ta’ vjolenza. Hu ta l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu flimkien mal-poplu Ġappuniż.
F’messaġġ fuq Twitter il-President ta’ Malta, George Vella, qal kif jinsab ixxukkjat bl-aħbar tal-attakk. Sostna kif għandu memorji mill-isbaħ taż-żjara tiegħu uffiċjali f’Malta fl-2017.