Evo Morales aċċetta li jingħata l-ażil politiku fil-Messiku jum biss wara li rreżenja mill-kariga ta’ President tal-Bolivja minħabba protesti li qed isiru fil-pajjiż dwar allegat frodi fl-elezzjonijiet.
Fuq il-midja soċjali Morales qal li din id-deċiżjoni kienet diffiċli iżda bi ħsiebu jirritorna pajjiżu b’aktar saħħa u enerġija.
Intant kien ikkonfermat li Morales ittieħed minn pajjiżu b’ajruplan mibgħut mill-Gvern Messikan.