Il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Bolivja ressaq ilment kriminali fil-konfront tal-eks President Evo Morales fuq stupru u traffikar uman.
Dan wara li ġew ippubblikati ritratti fil-midja nazzjonali tal-eks mexxej li għandu 60 sena ma’ tfajla, li dak iż-żmien kienet minorenni.
Morales ma kkummentax dwar dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu.
Evo Morales serva bħala President tal-Bolvija bejn l-2006 u l-2019 u qed jgħix fl-eżilju, fl-Arġentina wara l-elezzjoni kontroversjali li saret f’Novembru li għadda.