Il-Qorti Suprema Brażiljana qablet li tinkludi lill-eks President tal-Lemin estrem Jair Bolsonaro fl-investigazzjoni tagħha dwar l-irvellijiet li seħħu f’binjiet tal-Gvern fi Brasilia.
Din hija l-ewwel darba li Bolsonaro qed jissemma’ fost dawk li potenzjalment jistgħu jkunu responsabbli għall-irvellijiet li seħħu fit-tmienja ta’ Jannar.
Din id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema waslet jien wara li Bolsonaro ppubblika filmat li fih qajjem dubji dwar il-leġittimità tal-elezzjoni presedenzjali.
Prosekuturi qalu li Bolsonaro jaf inkoraġġixxa dan ir-reat billi qajjem dawn id-dubji.