Nhar il-Ġimgħa, l-uffiċċju tal-eks President Amerikan Joe Biden ħabbar li sfortunatament, Biden kien instab li qed isofri minn kanċer aggressiv tal-prostata li diġà infirex fl-għadam.
Madankollu ntqal li bħalissa qed ikunu valutati l-aħjar għażliet għat-trattament.
Is-saħħa ta’ Joe Biden, li għandu 82 sena, kienet waħda ta’ tħassib għal ħafna matul iż-żmien li kien qed iservi bħala President tal-Istati Uniti, tant li abbanduna l-pjanijiet li jikkandida ruħu fl-aħħar elezzjoni u minflok ikkontestat Kamala Harris li eventwalment tilfet għal Trump.