L-eks President Amerikan George H W Bush iddaħħal għall-kura fl-isptar jum wara l-funeral ta’ martu Barbara.
Kelliem għall-familja qal li l-President Emeritus, li għandu tlieta u disgħin sena, qabditu infezzjoni li nfirxet fid-demm, u qed jingħata kura intensiva.
Huwa kien President tal-Istati Uniti bejn l-elf disa’ mija disgħa u tmenin u l-elf disa’ mija tlieta u disgħin. Ibnu George W Bush serva fl-istess irwol.
Barbara Bush – il-mara li rat lil żewġha u binha jieħdu t-tmun tat-tmexxija tal-Amerka, mietet it-Tlieta li għadda u ingħatat l-aħħar tislima s-Sibt.
Il-koppja kienet ilha miżżewġa għal tlieta u sebgħin sena.