L-eks Prim Ministru tat-Tajlandja Thaksin Shinawatra, rritorna lura t-Tajlandja wara 15-il sena eżiljat.
Dan ftit sigħat qabel jittieħed vot sabiex ikun magħruf il-mexxej il-ġdid ta’ dan il-pajjiż.
Huwa mifhum li Thaksin, li huwa l-aktar Prim Ministru li kiseb suċċessi elettoralment fit-Tajlandja, laħaq ftehim ma’ dawk li fl-2014 niżżlu l-partit tiegħu mill-poter f’kolp ta’ stat biex iżommuh barra mill-ħabs. L-eks Prim Ministru Tajlandiż fil-fatt għandu sa 10 snin ħabs f’sentenzi kriminali li huwa jiddeskrivihom bħala motivati kriminalment.
Aktar tard illum il-partit politiku ta’ Thaksin mistenni jingħaqad ma’ Gvern ta’ koalizzjoni.
Kienu bosta li vjaġġaw lejn l-Ajruport fil-kapitali ta’ Bangkok sabiex jilqgħu lil Thaksin. Min hemm huwa ttieħed lejn il-Qorti Suprema fejn se tittieħed deċiżjoni dwar is-sentenzi ta’ ħabs imposti fuqu waqt li kien eżiljat. Ħadd ma qed jistenna li l-eks Prim Ministru Tajlandiż, idum arrestat.