L-eks plejer ta’ Birkirkara Fabrizio Miccoli weħel tliet snin u sitt xhur ħabs.
Dan wara li Miccoli kien qabbad lil xi ħadd sabiex jiġbor €12,000 minn sieħeb li kellu fin-negozju b’metodi mafjużi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Miccoli se jkollu jmur il-ħabs wara li anki nstab ħati fil-Qorti Suprema Taljana.
Fabrizio Miccoli ta’ 42 sena tul il-karriera tiegħu lagħab mat-timijiet ta’ Palermo, Juventus, Fiorentina u fl-aħħar tal-karriera tiegħu mat-tim ta’ Birkirkara.