L-eks Ministru tas-Saħħa Franċiża qed tiġi nvestigata għal kif mexxiet il-pandemija tal-Covid-19.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif Agnès Buzyn ta’ 58 sena fost l-oħrajn qed tiġi akkużata li poġġiet ħajjet iċ-ċittadini f’periklu. Dan propju meta fi Frar tas-sena l-oħra hija telqet minn Ministru biex tikkampanja għal Sindku ta’ Pariġi.
Qorti apposta se tara jekk din għandiex tiġi kkastigata jew le.
Dan huwa l-ewwel każ ta’ dan it-tip, fejn Ministru għas-Saħħa qed tinżamm responsabbli legalment ta’ kif mexxiet il-pandemija li rat eluf ta’ nies jitilfu ħajjithom.
Hija se tkun akkużata ukoll li falliet milli tiġġieled b’mod xieraq diżastru.