Qorti fil-Myanmar sabet lill-eks mexxejja, Aung San Suu Kyi, ħatja ta’ korruzzjoni, fil-verdett li ngħata waqt il-kumpilazzjoni li saret wara bibien magħluqa.
Suu Kyi ilha arrestata f’darha minn Frar tas-sena l-oħra, meta kolp ta’ stat waqqa’ l-Gvern tagħha li kien ġie elett demokratikament.
Aung San Suu Kyi, li għandha sitta u sebgħin sena, affaċċjat akkużi miżgħuda b’offiżi kriminali, fosthom li ffrodat lill-votanti.
Hija ċaħdet kull akkuża u diversi gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem ikkundannaw is-smigħ fil-Qorti, li sejħulu bħala smigħ finta.
Is-smigħ fil-kapitali Nay Pyi Taw sar fil-privat, ’il-bogħod mill-pubbliku u mill-midja, u l-avukati ta’ Suu Kyi ġew ipprojbiti milli jkellmu lill-ġurnalisti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI