Id-delegat speċjali tal-Papa Franġisku li qed iħares l-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta ordna lill-eks mexxej, Matthew Festing, biex joqgħod ‘il bogħod mill-elezzjoni li fiha se jkun qed jiġi elett is-suċċessur tiegħu, fejn fiha se jivvotaw il-membri tal-Kunsill tal-Istat.
Fil-15 ta’ April, l-Arċisqof Angelo Becciu kiteb lill-Fra Matthew Festing, l-eks Gran Mastru tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta, fejn qallu biex “ma jmurx Ruma” għall-elezzjoni li se ssir fid-29 ta’ April.
Festing ġie mitlub mill-Papa Franġisku biex jirreżenja mill-pożizzjoni tiegħu lura f’Jannar li għadda wara li keċċa Kavallier, li kien involut fi skandlu li jinvolvi d-distribuzzjoni ta’ kontraċettivi.
L-Arċisqof Becciu qal lil Festing li “il-preżenza tiegħek se tkun qed toħloq tiftaħ aktar il-ferita, speċjalment issa li l-każ qishu beda jintesa, u tkun qed toħloq inkonvenjenza hekk kif dan l-avveniment ma jsirx f’paċi u armonija kif mixtieqa.”
Beccie qal lil Festing li hu “qasam din id-deċiżjoni mall-Missier Qaddis,” fejn sostna li għandu jikkanċella l-vjaġġ tieħgu lejn Ruma “bħala att ta’ ubbidjenza.”