L-ekonomista u espert Clint Azzopardi Flores isostni li l-pożizzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen mhux aktar tenibbli u jeħtieġ interlokutur biex iġib lil kulħadd ma’ mejda waħda fid-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-gwerra mal-Ukraina.
Azzopardi Flores kien qed jieħu sehem fil-programm “Bla Fruntieri”, li se jixxandar il-Ħadd li ġej hekk kif il-gwerra tagħlaq tliet snin.
Tul il-programm se nsegwu wkoll il-fiduċja li ġiet fdata f’idejn Malta permezz ta’ ħatra ġdida fdata f’idejn il-Ministru Miriam Dalli bħala Chairperson tal-Kunsill Globali dwar l-enerġija affidabbli u nadifa.
Tul Bla Fruntieri nsegwu wkoll il-ħidma ta’ Nisa Laburisti fi ħdan il-PES Women f’kummenti mill-President Zita Gurmai u Krista Caruana Falzon, li rrappreżentat lil Nisa Laburisti f’laqgħa statutorja f’ Ċipru.
“Bla Fruntieri” jixxandar nhar il-Ħadd li ġej fl-10am.