Il-Bank Dinji qal li l-ekonomija tal-Ukrajna mistennija tonqos bin-nofs din is-sena riżultat tal-gwerra fil-pajjiż.
Il-Viċi-President tal-Bank, Anna Bjerde qalet li l-Ukrajna għandha bżonn sapport finanzjarju massiċċ b’mod immedjat.
Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky qal li r-Russja tibża’ tammetti dawk li sejjaħ bħala “żbalji kodardi”.
Konsulent tal-President Ukrejn qal fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali tal-pajjiż li l-Ukrajna tinsab lesta għal battalji kbar kontra r-Russja.
Żied li l-Ukrajna għandha tikkumbatti l-forzi ta’ Moska għal aktar negozjar ta’ poter qabel ma l-mexxejja jkunu jistgħu jiltaqgħu.
Il-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna qalet li l-forzi Russi qed joqtlu l-Ukreni kuljum, imma r-Russja ċaħdet kull akkuża li fil-mira tagħha hemm in-nies fit-triq.