Permezz tal-Baġit għas-sena d-dieħla, il-Gvern qiegħed iwassal messaġġ ċar u skjett – l-ekonomija tiltob turiżmu ta’ kwalità mhux ta’ kwantità.
Hawn intqal li, fl-aħħar snin, il-Gvern ħadem biex titwessa’ l-istaġjonalità, tant li hu mistenni li, sal-aħħar ta’ din is-sena, it-turisti se jkunu stmati li qattgħu t-22 miljun lejl.
Dan wassal biex il-kontribut turistiku fl-ekonomija ta’ pajjiżna se taqbeż it-€3 biljun.
F’dan ir-rigward, il-Ministru Caruana semma wkoll iż-żieda fil-konnettività, fejn illum Malta hi konnessa ma’ madwar 110 ajruport.
Se tkun qed issir ħidma wkoll biex, permezz tal-integrazzjoni tas-Skills Pass fl-industrija tal-ospitalità, ikun hemm titjib sostanzjali fis-servizzi offruti.