Fid-diskors tiegħu għall-baġit għas-sena d-dieħla, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Carauna ħabbar li l-ekonomija Maltija se tikber aktar mill-medja fiż-Żona Ewro, kemm din is-sena u anke s-sena d-dieħla.
Intqal kif, fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, il-Prodott Gross Domestiku reali kiber b’5.9%.
Din is-sena, l-ekonomija mistennija tikber bi kważi 5% u dan grazzi għad-domanda domestika b’saħħitha li għandna. Dan filwaqt li, is-sena d-dieħla, l-ekonomija Maltija mbassra li tikber b’4.3%.
Dan, fl-istess ħin, li l-ekonomija taż-Żona Ewro mhux se tikber b’iżjed minn 0.8% din is-sena u 1.4% is-sena d-dieħla.