L-ekonomija Maltija mistennija tibqa’ għaddej b’ritmu mexxej minkejja li t-tkabbir huwa mbassar li se jimmodera.
Ikkonferma dan il-bank ċentrali f’rapport interim għall-ewwel nofs ta’ din is-sena, li qal ukoll li minn studji l-banek Maltin urew li huma reżiljenti.
Ir-rapport ikkonferma li s-settur tas-servizzi finanzjarji baqa’ b’saħħtu bl-uniċi riskji jkunu mill-ambjent finanzjarju u ekonomiku internazzjonali kurrenti.
Ir-rapport jirrakkomanda li l-banek ikomplu metodi ta’ self prudenti filwaqt li l-istituzzjonijiet għandhom itejjbu l-effiċjenza tagħhom fid-dawl ta’ strutturi tal-Gvern b’saħħithom.