Fit-tieni kwart ta’ din is-sena, l-ekonomija Maltija kibret bi kważi erbgħa fil-mija.
Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, fejn ħareġ li l-Prodott Domestiku Gross laħaq l-€4.7 biljun.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li f’sena kien hemm żieda ta’ kważi erba’ mija u sbatax-il miljun ewro, li tfisser żieda ta’ 9.7%, meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Skont l-aħħar tbassir għar-rebbiegħa tal-Kummissjoni Ewropea, kien imbassar li pajjiżna se jkollu t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, din is-sena u s-sena d-dieħla.
Dan it-tkabbir ekonomiku nkiseb fi żmien ta’ sfidi internazzjonali mingħajr preċedent kawża tal-Gwerra fl-Ukrajna, li ġabet magħha kriżi fis-settur tal-enerġija u inflazzjoni.
Aqra aktar: L-ekonomija ta’ Malta kibret seba’ darbiet aktar miż-Żona Ewro – il-PM – ONE