Fit-tieni kwart ta’ din is-sena, l-ekonomija fir-Renju Unit żdiedet b’livell minimu ta’ 0.2%.
Dan ħareġ minn ċifri uffiċjali ppubblikati l-Ġimgħa, hekk kif l-aktar settur li kkontribwixxa għal dan it-tkabbir bejn April u Ġunju, kien dak tal-manifattura.
Din ir-rata baxxa ta’ tkabbir ekonomiku fir-Renju Unit hija kawża tal-gwerra fl-Ukrajna, li waslet għall-inflazzjoni madwar l-Ewropa u f’dan il-pajjiż ukoll.
Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku fir-Renju Unit hija ferm inqas baxxa minn dak ta’ Malta.
Dan hekk kif skont l-aħħar tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea, li ħareġ f’Mejju li għadda, ħareġ Malta se jkollha t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku din is-sena u anki s-sena d-dieħla.
F’dan it-tbassir indipendenti u li jsir minn esperti tal-Kummissjoni Ewropea ħareġ li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber bi 3.9%, waqt li s-sena d-dieħla, l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber b’4.1%.