L-awtoritajiet Eġizzjani qed iżommu l-vapur tal-merkanzija l-Ever Given li x-xahar li għadda mblokka l-Kanal ta’ Suez għal kważi ġimgħa.
Dan il-vapur qed jinżamm hekk kif hemm tilwima dwar l-ispejjeż li l-Qorti Eġizzjana ordnat lis-sid Ġappuniż tal-bastiment.
Huwa ġie ordnat iħallas $900 miljun għad-danni li saru, fosthom għat-tfixkil fit-traffiku tal-baħar f’passaġġ daqstant importanti għall-ġarr tal-merkanzija globali.
Din is-somma tinkludi wkoll l-ispejjeż tal-operazzjoni biex jinqala’ l-vapur.