L-Eġizzjan Enan ċaħad li kien involut fil-pjan biex tiddaħħal f’Malta ħamsin kilogramma reżina tal-kannabis mit-Tuneżija lejn Malta.
L-Eġizzjan qal dan hekk kif għażel li jixhed fil-ġuri tiegħu fejn qed jiġi mixli b’assoċjazzjoni biex tiġi impurtata d-droġa, f’każ li jmur lura għall-elfejn u għaxra.
Fuq il-pedana tax-xhieda, Ahmed El Fadalli Enan insista li dak li ntqal fil-konfront tiegħu kien kollu paroli.
Dwar il-flus li bagħat, l-Eġizzjan qal li huwa kien bagħat ammont ta’ flus lill-eks mara fl-Italja u mara oħra fit-Tuneżija fuq talba ta’ oħt wieħed li kien jaf.
L-Eġizzjan ċaħad għal diversi drabi li kien jaf lil Tano Farrugia, eks plejer tal-futbol, li kien weħel 20 sena ħabs fit-Tuneżija iżda nħeles tliet snin wara minħabba amnestija mill-Gvern temporanju Tuneżin hekk kif kien tela’ President interim.