Il-Qorti Eġizzjana bagħatet il-ħabs 56 persuna l-ħabs b’rabta mal-każ ta’ dgħajsa li nqelbet u kawża t’hekk mietu 200 migrant lura f’Settembru.
Huma ngħataw sentenzi li jitilgħu sa 14-il sena ħabs, fuq akkużi ta’ qtil, li azzjoni li għamlu kkawżaw il-mewt ta’ persuni u kif ukoll fuq negliġenza.
Id-dgħajsa kienet sejra lejn l-Italja meta għerqet tmien mili ‘l bogħod mill-Kosta ta’ Rosetta, fl-Eġittu.
Hu magħruf li abbord id-dgħajsa kien hemm madwar 450 migrant, 100 minnhom kienu maqfula fil-kamra ta’ taħt.
Kienu 163 persuna li salvat din it-traġedja, bosta minnhom kienu Eġizzjani, Sirjani, persuni mis-Sudan, mill-Eritrea u kif ukoll mis-Somalja.